Kultura

Kultura hija kelma li tintuża biex tispjega il-mod t'għixien tan-nies jew il-mod kif jagħmlu ċerti affarjiets. Grupp ta' nies jitqies li għandu kultura separata meta dan jitbiegħed mill-bqija tan-nies bil-mod kif jaħseb u jagħmel l-affarjiet.

Kulturi huma dawk l-affarjiet li jagħmlu kull pajjiż uniku. Hawn ħafna nies li ma jaqblux ma' l-ispjega jew id=definizzjoni ta' kultura. Għal ħafna din hija l-opinjoni tas-soċjetà intera, li tista' tiġi riflessa fil-lingwa, letteratura, reliġjon, mużika, kostumi, eċċ. Xi soċjetajiet huma għonja kulturalment.

Il-kultura tmur oltrè mill-ġid materjali, ijġifieri l-affarjiet li tuża u tipproduċi l-kultura stess. Il-kultura tkopri ukoll l-fehemiet, it-twemmin u l-valuri tal-poplu f'dik il-kultura.

Reġjuni jew pajjiżi differenti għandhom kulturi differenti. Per eżempju, il-Ġappuniżi għandhom il-kimono u ċ-ċerimonji tat-te. Kumpaniji jew organizzazzjonijiet (gruppi ta' nies) jista' jkollhom kultura separata.

Antropoloġija hija x-xjenza li tistudja n-nies u kif dawn jirrelataw ma' xulxin. L-antropoloġisti jemmnu li n-nies jużaw simboli biex jikkomunikaw u jesprimu l-esperjezni tagħhom - huma min huma, dak li jemmnu, minn fejn ġew. Għall-antropoloġisti dawn is-simbolu huma dik li aħna nafu bħala kultura. Per eżempju, immigrati jistgħu jibqgħu iħaddnu xi ftit mit-tradizzjonijiet tal-pajjiż minn fejn oriġinaw. Billi jżommu il-kultura tagħhom b'dan il-mod, huma jkunu qed jesprimu min huma u minn fejn huma ġejjin.


szyny kolejowe kredyt lyrics songs free Pogoń Szczecin Sklep dla zakochanych zakopane kwatery bielizna Groty solne Lyrics997 Blog informacyjny Kobieta, zdrowie, uroda Opisy do GG! Najlepsze opisy! pianobeton tapety na telefon Forum posts.com.pl kick koparki Bułgaria wczasy Karaoke tani kredyt hipoteczny COOLsurf