|
GħoddaF'lingwi oħrajn
|
Wikipedija:StubFil-Wikipedija, stub (li huwa terminu ġergali Ingliż) huwa artiklu qasir imma fl-istess ħin iktar ampju minn vuċi ta' dizzjunarju. Però, stub ma jkunx komplut biżżejjed biex jiġi meqjus artiklu ta' enċiklopedija matura.
[editja] DefinizzjoniStub huwa artiklu qasir imma mhux daqshekk qasir li jkun inutli, allura l-kontenut, avolja ma jkunx artiklu ta' dizzjunarju, huwa tant minimu li ma jistax jitqies bħala artiklu denju ta' enċiklopedija. Ġeneralment, għandu jkun ampju biżżejjed biex jiddefinixxi sew imqar it-titlu ta' l-artiklu. Artiklu ta' enċiklopedija jfisser il-kunċetti li huma inklużi fit-termini li qed jiġu spjegati, ifittex li jfisser il-kawżi, l-effetti u l-kuntest, u ma jillimitax ruħu għal definizzjoni telegrafika tal-lingwistika. Allura, normalment, artiklu għandu jkun kompost minn iktar minn frażi waħda, imma ta' min iżomm f'moħħu li t-tul ivarja skond l-ampjezza ta' l-argument li qed jiġi trattat. Għalhekk, artiklu qasir li jiddeskrivi argument mhux kumpless, jista' ma jiġix ikkunsidrat bħala stub. Fil-każ ta' skedi bijografiċi, dawn għandu jkollhom - minbarra d-data tat-twelid u tal-mewt, il-qasam t'attività fejn is-suġġett tal-bijografija ddistingwa ruħu - u għalinqas frażi waħda li tiġġustifika l-inseriment tal-vuċi f'enċiklopedija. Jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, dan anqas jista' jiġi kkunsidrat bħala stub, u possibilment jista' jkun artiklu ta' dizzjunarju. Ħafna mill-artikli preżenti fil-Wikipedija huma annotazzjonijiet qosra, ċioè stub, u huwa maħsub li ħafna kollaboraturi jibdew artiklu biex imbagħad jieqfu jaħdmu fuqu. Din id-drawwa mhux ta' min jinkoraġġiha!. [editja] EżempjuTliet eżempju biex nuru x'inhu u kif għandu jkun stub. It-tilu ta' l-artiklu: Ludwig II:
[editja] ApplikazzjoniMeta tara stub, jekk trid u jekk tista' espandi l-artiklu (anzi tkun idea tajba), iżda tinsiex tissenjalah lill-Wikipedjani l-oħra b'dan il-mod:
Nota: Din il-paġna mhix stub - il-messaġġ t'hawn fuq qiegħed hawn biss għall-eżempju
[editja] Ara wkoll |