|
Għodda |
Help:(Għajnuna) Kif tibda artikluKullħadd jista jikteb ghal Wikipedija!
Meta tagħfas il-buttuna "oħloq artiklu" din twasslek f'- paġna ta' l-editjar fejn inti tkun tista' tibda tikteb test ġdid, dejjem jekk inti tkun ħloqt kont. Jekk ma għandekx kont inti tista toħloq wieħed min dan il-link Idħol jew oħloq kont ġdid. Fil-każ li jkollok bżonn, il-paġna ta' l-editjar għandha wkoll ħolqa mal- Għajnuna biex teditja. Ħoloq oħra ta għajnuna huma Għajnuna:Tutorial u Għajnuna:Tutorial/Kif timmodifika. Ma għandikx bżonn li toqgħod tiġi lura għal din il-paġna biex toħloq artiklu ġdid. Artikli ġodda jistgħu jinħolqu billi issegwi link għal-paġna li ma teżistix, l'-istess paġna twasslek għal-paġna ta' l-editjar {ara Kif tibda paġna minn ħolqa ħamra, wara tfittxija, taħt). Inkella tista' tuża il-URL (ara Kif tibda paġna mill-URL, taħt). Meta tkun qiegħed toħloq artiklu ġdid, int għandek iżomm f' moħħok li:
[editja] Prinċipji Ġenerali
[editja] Kif tibda paġna minn ħolqa ħamra, wara tfittxijaBiex tibda paġna ġdida trid tmur Idħol jew oħloq kont bl-isem tal-kont tiegħek. Jekk għad m'għandikx kont, tista' toħloq wieħed hawn. Meta tkun dħalt, tista' tikklikkja fuq il-ħolqa ħamra għal dik il-paġna l-ġdida. Din tieħdok fil-paġna ta' l-editjar tal-paġna l-ġdida fejn tista' tibda teditja dik il-paġna. Hemm mod ieħor kif toħloq artiklu. Għamel tfittixa għat-titlu l-ġdid bil-buttuna Mur (kif suppost diġa għamilt). Jekk it-tfittixa ma ssib xejn agħfas "oħloq l-artiklu". Ħoloq ma paġni li għadhom ma jeżistux huma komuni. Dawn jinħolqu jew b'tħejjija għall-ħolqien ta' paġna, u/jew biex jinkuraġġixxu nies oħrajn li jagħmlu hekk. Il-ħoloq mhux biss bżonnjużi għan-navigazzjoni imma wkoll jgħinu biex in-nies isiru jafu bil-paġna l-ġdida (dawk li jkunu qegħdin jaqraw xi paġna li għandha x'taqsam u anki dawk li jsegwu paġna li għandha x'taqsam). Ħoloq għal paġni ġodda m'għandomx jitqiesu bħala miksura, sakemm l-isem jidentifika korretament il-kontenut intenzjonat. (Ħolqa għal paġna ġdida b'isem "inkorrett" jew spellut ħażin, jew li tidduplika kontenut li diġà jinsab taħt isem ieħor hi "miksura" f'sens differenti.) Ħoloq għal paġni ġodda jidhru differenti minn ħoloq għal paġni li diġà jeżistu, dawn ta' l-ewwel huma indikati bl-aħmar u għalhekk ngħidulhom "ħoloq ħomor". Ħoloq għal paġni li ma jeżistux jistgħu jinħolqu b' [[Isem ta' paġna ġdida]] mill-editur wiki. (F'dan il-każ tinħoloq il-paġna vojta "Isem ta' paġna ġdida") Mbgħad, dejjem tista' toħloq ħolqa int stess, f'paġna li għandha x'taqsam, paġna werrej jew il-paġna ta' l-utent tiegħek. Imma jekk tkun qiegħed taħseb li toħloq ħolqa, aħjar tistenna sakemm toħloq il-paġna l-ġdida, l-iżjed jekk il-ħolqa tkun ħa tieħu post paġna eżistenti. F'dal-każ, oħloq il-ħolqa, imma agħfas "Anteprima" minflok "Salva". Mill-post ta' l-anteprima, meta tikklikja l-ħolqa ġdida, tinħoloq paġna ġdida (mingħajr ma taġġorna l-paġna referenti). [editja] Kif tibda paġna mill-URLMod ħafif biex tibda l-proċess ta' paġna ġdida b'isem ***** hu li tittajpja: "mt.wikipedia.org/wiki/*****" fil-kexxun tal-URL jew sempliċiment tibdel il parti ta' l-isem fil-URL ta' paġna eżistenti f'*****. Uża "_" għall-ispazji bejn il-kliem. Meta tuża l-URL għall-paġna l-ġdida, jidher il-messaġġ 'Il-Wikipedija għad m'għandiex artiklu b'dan l-isem' u 'Ibda l-artiklu bl-isem *****'. Jekk tagħfas din ta' l-aħħar tmur fil-paġna 'Qed jiġi editjat l-artiklu *****' li tista' tintuża biex tibda tikteb il-kontenut. [editja] Kif tuża il-kaxxa tar-ramel u s-sottopaġni ta' l-utentIl-kaxxa tar-ramel tista' tintuża għal esperimentazzjoni temporanja imma titbattal awtomatikament kull 12-il siegħa. Għal materjal ta' abbozz li tixtieq iżżom iżjed fit-tul tista' tuża s-sotto-paġni fil-kont ta' l-utent tiegħek u tmexxih għall-artiklu propja meta tkun lest. Għal dan irid ikollok kont ta' l-utent. Biex toħloq sotto-paġna ta' l-utent, uża referenza (titlu): 'Utent:Isem ta' l-utent/Sotto-paġna ġdida'. Is-sotto-paġni ta' l-utent jistgħu jintużaw għall-prova ta' templates ġodda bis-sintassi {{Utent:Isem ta' l-utent/Isem tas-sotto-paġna}}. Uża l-isem ta' l-utent tiegħek minflok Isem ta' l-utent. Fil-fatti kwalunkwe isem itik sotto-paġna, imma nagħmlu rakommandazzjoni qawwija li tuża tiegħek. [editja] Kif tuża test minn sistemi editorjali oħraGħalkemm l-eħfef mod biex tibda huwa li tieħu test eżistenti u tinkollah fil-wiki, għandek mnejn trid tipprova taqleb mill-"Word" jew HTML għall-"wiki markup". [editja] Kif iżżom paġna milli tinħoloqM'hemmx mod assolut kif iżżom paġna milli tinħoloq, imma tista' toħloq paġna b'test bħal dak f'Paġna mħassra u ipproteġi dik il-paġna. |