|
GħoddaLingwi oħrajn
|
ArtMinn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.Dan l-artiklu huwa dwar Art il-pjaneta. Jekk qed tfittex informazzjoni dwar Art f’sinifikati oħra, mur Art (Disambigwitajiet).
[editja] Il-Pjaneta TagħnaART, IL-PJANETA li fih ngħixu aħna l-bnedmin, huwa it-tielet wieħed 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, il-pjaneta Art jidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jidbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċejani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq l-Art. Is-simbolu astronomiku ta’ l-Art huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja oriżontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali meridjan (Unicode: [editja] Kompożizzjoni InternaBĦALL-PJANETI l-oħra, L-Art għandha l-qalba . Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra (outer core). Il-qalba ġewwinija hija magħmula maġġorment minn ħadid u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra b'ħadid imdewweb, li hija imsejħa appuntu l-qalba barranija u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur għaldaqstant x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħal kubrit u saħansitra ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fl-Art u tieħu terz tal-massa ta' l-Art. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km-(120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell ta' l-Art. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li l-Art kienet għada qed tifforma. 1. Il-qalba ġewwinija (solida) 2. Il-qalba ta' barra (likwida) 3. Mantell 4. Il-Mantell ta' Fuq 5. Litosfera 6. Krosta (Qoxra ta' Barra)
Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wisgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisgħa xi 400km- (250 mil-). Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-silikon u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali. L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu l-Art:
[editja] QamarL-Art tagħna għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta’ dak ta’ l-Art. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejjħa qmura għall-qamar terrestri. Il-ġibda gravitazzjonali tal-Art u l-Qamar tikkawża il-mili u tifrigħ tal-baħar (tides). L-istess effett għal fuq il-Qamar ikkaġuna is-sakra tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar l-Art. Riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-Qamar.
Il-Qamar jista’ jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq l-Art billi jimmodifika it-temp. Evidenzi palejontologiċi u simulazzjonijiet bil-kompjuter juri kif it-tilt tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. Xi tejoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra it-torqijiet applikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali ta’ l-Art, l-assi rotazzjonali jista’ jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta temp aħrax, u id-differenzi ta’ l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil l-Art, tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi. Il-Qamar huwa biżżejjed viċin l-Art li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mill-Art iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx. l-iżjed tejorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-tejorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn kolliżjoni ta’ protopjaneta id-daqs ta’ Marte ma’ l-Art bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relativ ta’ ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta’ wiċċ l-Art. [editja] Plakka tettonika ta' L-ArtIL-KROSTA flimkien man-naħa ta' fuq tal-Mantell tissejjaħ il-Litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea.
Kien hemm perijodu fejn il-kontinenti kollha kienu superkontinent wieħed, dan il-kontinent kien Pangea. L-ewwel qasma għamlet massa fit-tramuntana, il-Laurasia, u oħra lejn in-nofsin-nhar, il-Gondwanalandja.
Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek: (1) Diverġenti (jitbgħedu), (2) konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra. (3) konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss.
[editja] Superfiċi żagħżugħa
Il-Krater tal-Ariżona, USA, huwa ppreservat fi stat tajjeb
WIĊĊ L-ART qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq l-Art. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti. Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu. Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri. [editja] Atmosfera ta' L-ArtL-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta’ ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta’ gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli ta' l-ispazju u iżżomm parti kbira ta’ radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-meżosfera, it-termosfera u l-eżosfera. [editja] BiosferaIt-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skond il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur. [editja] Temp u StaġuniL-arja sħuna tal-Art issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17ºC/63ºF) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53ºC/-63ºF) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal ma' l-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed siegħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tal-Art mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt. [editja] Ħajja fuq l-ArtL-ART hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranju. Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja. Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub. L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar. Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja. [editja] Għalqa ManjetikaL-ART IDDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u tikreha l-għalqa manjetika. L-għalqa manjetika tipproteġi l-Art mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-għalqa manjetika tal-Art, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen. Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'għalqa manjetika tal-Art fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu ma' l-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar. [editja] ĠografijaAra wkoll: Din hi kategorija li tiġbor fiha l-artikli kollha ta' mt.wiki dwar il-Ġeografija Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri: Area:
Konfini: Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km Linji tal-kosti: 356.000 km Rivendikazzjonijiet marittimi:
[editja] OrografijaEstremitajiet tal-għoli: (imkejla b’rispett għall-livell tal-baħar)
Huwa stimat li fuq l-Art jgħixu 6.327.152.352 persuna (stima ta’ Novembru 2003). L-abitat l-iżjed għan-nord huwa Alert ġewwa l-Kanada. L-abitat l-aktar għan-nofs in-nhar huwa l-stazjon ta’ Amundsen-Scott f’Antartide, sitwata kważi eżattament fil-pol tan-nofs in-nhar. [editja] Ħajjiet Oħra fl-UniversHUWA kważi ċert li ma teżisti l-ebda ħajja intelliġenti oħra fis-Sistema Solari. L-astronomi qegħdin iffitxu tip ta' ħajja intelliġenti oħra madwar stilel u pjaneti extra-solari. Ix-Xemx hi biss waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-galassja tat-Triq ta' Sant' Anna (bl-ingliż Milky Way). Din il-galassja hi biss sistema stellari fi ħdan l-Univers immens, ħajja għandha tinsab x'imkien ieħor f'dan il-kobor ta' Spazju. Iżda id-distanzi enormi li hemm bejn stilla u oħra u bejn galassja u oħra jagħmluha diffiċli ħafna biex jiġu skoperti forom oħrajn ta' ħajja! [editja] Kollegamenti InterniDan l-artiklu huwa dwar Art il-pjaneta. Jekk qed tfittex informazzjoni dwar Art f’sinifikati oħra, mur Art (Disambigwitajiet).
[editja] Il-Pjaneta TagħnaART, IL-PJANETA li fih ngħixu aħna l-bnedmin, huwa it-tielet wieħed 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, il-pjaneta Art jidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jidbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċejani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq l-Art. Is-simbolu astronomiku ta’ l-Art huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja oriżontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali meridjan (Unicode: [editja] Kompożizzjoni InternaBĦALL-PJANETI l-oħra, L-Art għandha l-qalba . Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra (outer core). Il-qalba ġewwinija hija magħmula maġġorment minn ħadid u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra b'ħadid imdewweb, li hija imsejħa appuntu l-qalba barranija u hi ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur għaldaqstant x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn bħal kubrit u saħansitra ossiġenu. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fl-Art u tieħu terz tal-massa ta' l-Art. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km-(120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell ta' l-Art. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li l-Art kienet għada qed tifforma. 1. Il-qalba ġewwinija (solida) 2. Il-qalba ta' barra (likwida) 3. Mantell 4. Il-Mantell ta' Fuq 5. Litosfera 6. Krosta (Qoxra ta' Barra)
Bejn il-Mantell t'isfel u dak ta' fuq (4) tinsab iż-Żona ta' Tranżizzjoni, wisgħa 200 km- (120 mil-). Iż-żona tikkonsisti primarjament minn kalċju u aluminju. Il-mantell ta' fuq hu wisgħa xi 400km- (250 mil-). Il-krosta (6) hi komposta minn minerali ta' densita' baxxa bħal l-ossidu tas-silikon u tvarja mill-ħxuna ta' 10 km- (6 mili-), krosta oċejanika, għal 50 km- (30 mil-) tal-krosta kontinentali. L-iskema li ġejja tiġbor fiha il-profonditajiet u l-karatteristika prinċipali għad-definizjoni tal-varji qxur li jagħmlu l-Art:
[editja] QamarL-Art tagħna għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. Il-Qamar huwa satellita li tixbaħ lil Pjaneti terrestri. Id-dijametru tiegħu huwa madwar kwart ta’ dak ta’ l-Art. Is-satelliti naturali tal-pjaneti l-oħra huma wkoll msejjħa qmura għall-qamar terrestri. Il-ġibda gravitazzjonali tal-Art u l-Qamar tikkawża il-mili u tifrigħ tal-baħar (tides). L-istess effett għal fuq il-Qamar ikkaġuna is-sakra tidali: il-perijodu rotazzjonali tiegħu huwa l-istess bħaż-żmien li huwa jieħu biex jorbita madwar l-Art. Riżultat ta’ dan, aħna naraw dejjem l-istess parti ta’ wiċċ il-Qamar.
Il-Qamar jista’ jaffetwa drastikament l-iżvillup u l-ħajja fuq l-Art billi jimmodifika it-temp. Evidenzi palejontologiċi u simulazzjonijiet bil-kompjuter juri kif it-tilt tal-assi terrestri hija stabbilita mill-interazzjonijiet tidali mal-Qamar. Xi tejoristi jsostnu illi mingħajr din l-istabbilizzazzjoni kontra it-torqijiet applikati mix-Xemx u l-pjaneti lil nefħa ekwatorjali ta’ l-Art, l-assi rotazzjonali jista’ jkun instabbli għall-aħħar, bħalma jidher li hu għal Marte. Li kieku l-assi tar-rotazzjoni terrestri kellu jilħaq l-pjan elitiku, kien jirriżulta temp aħrax, u id-differenzi ta’ l-istaġuni kienu jkunu estremi wkoll. Pol wieħed kien ikun dirett lejn ix-Xemx matul is-sajf u direttament `l hinn matul ix-xitwa. Ix-Xjenza planetarja li tisstudja dan l-effett tat-tmejjil l-Art, tistqar ili kieku l-annimali kbar imutu u ħajjiet il-pjanti tkun ħafna iżjed diffiċli milli hi. Il-Qamar huwa biżżejjed viċin l-Art li jidher relattivament l-istess daqs tax-Xemx, (ix-Xemx hija 400 darba ikbar mill-Art iżda l-Qamar hu 400 darba eqreb) dan jippermetti l-eklissi totali u anulari tax-Xemx. l-iżjed tejorija aċċetta dwar l-oriġini tal-Qamar hija, it-tejorija tal-impatt ġgantesk, li tgħid li ġie ffurmat minn kolliżjoni ta’ protopjaneta id-daqs ta’ Marte ma’ l-Art bikrija. Din l-ipoteżi tispjega (flimkien ma’ affarijiet oħra) in-nuqqas relativ ta’ ħadid u elementi volatili fil-Qamar, u l-fatt ili l-kompożizzjoni tiegħu hija kważi identika għal dik ta’ wiċċ l-Art. [editja] Plakka tettonika ta' L-ArtIL-KROSTA flimkien man-naħa ta' fuq tal-Mantell tissejjaħ il-Litosfera, qoxra riġida ta' madwar 100 sa 200 km (60 sa 120 mil) ħoxna. Din il-Qoxra hi maqsuma f'sensiela ta' plakek li jimxu relattivament ma' xulxin bir-rata ta' ftit ċentimetri fis-sena, u hekk jiġi ikkawżat il-mixi tal-kontinenti. Madwar 180,000,000 sena ilu, il-kontinenti kollha kienu magħquda f'daqqa. Għaldaqstant kien jeżisti superkontinent wieħed li jġib l-isem Pangea.
Kien hemm perijodu fejn il-kontinenti kollha kienu superkontinent wieħed, dan il-kontinent kien Pangea. L-ewwel qasma għamlet massa fit-tramuntana, il-Laurasia, u oħra lejn in-nofsin-nhar, il-Gondwanalandja.
Hemm tliet tipi ta'limiti tal-plakek: (1) Diverġenti (jitbgħedu), (2) konverġenti, jersqu lejn xulxin u jiltaqgħu, fejn plakka tindradam fuq oħra. (3) konservattivi, li waqt li mexjin jgħaddu ma' ġemb xulxin biss.
[editja] Superfiċi żagħżugħa
Il-Krater tal-Ariżona, USA, huwa ppreservat fi stat tajjeb
WIĊĊ L-ART qed jiġi kontinwament mibdul, minħabba il-plakek tettoniċi. Din hi waħda mir-raġunijiet għala il-krateri ta' impatt ma tantx huma komuni fuq l-Art. Il-krosta oċejanika eżempju, iddum biss 200,000,000 sena qabel tiġi distrutta b'xifer ta' plakka konverġenti. Il-krateri huma wkoll mikula mill-erużjoni, jew midfuna taħt is-sedimenti. Wieħed mill-krateri l-iżjed magħruf huwa dak tal-Ariżona, USA, li żamm preservat sew minħabba li jinsab f'art niexfa u huwa pjutost reċenti -- hu ġie iffurmat biss madwar 50,000 sena ilu. Ħafna mill-krateri huma viżibbli biss mill-ispazju. Ċiksulub, li huwa wiesgħa 200 km (120 Mil) kien iffurmat madwar 65,000,000 sena ilu, huwa midfun taħt mijiet ta' metri ta' sediment ġol-Messiku. Dan il-krater huwa l-evidenza ta' impatt enormi li seta' kien il-kawża tat-tmiem id-dinożawri. [editja] Atmosfera ta' L-ArtL-Art għandha atmosfera relativament ħoxna, magħmula għat-78% ta' ażotu, għall-21% ta’ ossiġenu u għal l'1% ta' argu u traċċi ta’ gassijiet oħra bħal biossidu tal-karbonju u ilma. L-atmosfera taqsam is-superfiċi terrestri mill-ambjent inospitabbli ta' l-ispazju u iżżomm parti kbira ta’ radjazzjoni solari. L-atmosfera tinqasam fi strati varji, it-troposfera, l-istratosfera, il-meżosfera, it-termosfera u l-eżosfera. [editja] BiosferaIt-teoriji kurrenti dwar il-biosfera jgħidu li twildet ftit mijiet ta' miljuni ta' snin qabel il-formazioni tal-pjaneta Art, minn 3,5 u 4 miljardi ta' snin ilu. Il-biosfera hi maqsuma f'varji bjomi, fihom jgħixu il-flora u l-fawna ftit jew wisq simili. Fuq l-Art, il-bjomi huma sseparati prinċipalment skond il-latitudni. Il-bjomi fit-tramuntana taċ-ċirklu polari artiku u fin-nofs in-nhar taċ-ċirku polari antartiku huma relarivament vojta mill-ħajja animali u veġetali , waqt li dawk l-iżjed popolari jinsabu lejn l-ekwatur. [editja] Temp u StaġuniL-arja sħuna tal-Art issaħħan it-troposfera, li issir turbolenta. Temperaturi ta' 290K (17ºC/63ºF) fuq wiċċ l-Art jaqgħu għal 220K (-53ºC/-63ºF) fil-quċċata tat-troposfera. Arja sħuna, umda titla u tiksaħ; l-ilma jikkondensa, jifforma is-sħab ta' qtar ċkejkin jew kristalli, jikreja xita, silġ u borra. L-assi tar-rotazzjoni terrestri huwa ittiltjat għal 23º. Din it-tiltjatura tikkawża l-istaġuni; meta emisfera tkun moħbija mix-Xemx, tirċieva inqas dawl, u dak id-dawl li tirċievi jaqa' f'anglu li jrid jippenetra iktar atmosfera biex jasal ma' l-art. Din hija ix-Xitwa għal dik l-emisfera. Minn naħa l-oħra meta emisfera tirċievi iżjed siegħat ta' dawl Xemxi hemm ikun is-Sajf. L-orbita tal-Art mhiex interament ċirkulari, infatti, waqt ix-Xitwa tal-emisfera tat-tramuntana, l-Art hija eqreb lejn ix-Xemx milli waqt is-Sajf. Madanakollu, l-eċċentriċità orbitali hija minima, u li l-Art tkun eqreb lejn ix-Xemx għandha effett minuri minn dak tat-tilt. [editja] Ħajja fuq l-ArtL-ART hija post uniku fis-Sistema Solari. Huwa l-uniku pjaneta li għandu ammont ta' ilma sinifikanti fuq is-superfiċi; is-superfiċi iżżomm temperaturi tajba biex il-ħajja tkun possibli. L-assi tar-rotazzjoni huwa inklinat biżżejjed biex jagħti l-istaġuni iżda mhux l-estrem tal-istaġuni bħal Uranju. Hemm diversi teoriji dwar kif oriġinat il-ħajja fuq Art, fosthom it-teorija panspermja. Il-kontenut ta' ossiġenu fl-atmosfera huma mantnut mill-fotosintesi tax-xtieli ħodor, hekk kif il-bnedmin qed jeqirdu il-veġetazzjoni il-bilanċ bejn id-djosiku tal-karbonju u l-osssiġenu qed jiġi żbilanċat.Emissjonijiet mill-fossili maħruqa qed iħallu ammont dejjem ikbar ta' djosiku tal-karbonju. Iktar ma jkun hawn djassiku tal-karbonju fl-arja l-effett serra jikber, isaħħan is-superfiċi u is-silġ polari jdub. L-istrat tal-ożonu fl-istratosfera jiproteġġi id-dinja mir-raġġi ultra vjoletti tax-Xemx. Gassijiet magħmulha mill-bniedem bħal chlorofluorocarbons ikkisru l-ożonu u b'hekk radjazzjoni tar-raġġi, li tagħmel il-ħsara tidħol f'ammoti akbar. Iktar ma Bnedmin jabbitaw il-pjaneta aktar il-biosfera (Il-parti ta' art, arja u ilma) qed tkun mhedda. Il-bnedmin għandhom jitgħallmu jirrispettaw il-fatturi li jagħmlu l-Art post li fih hu possibli l-ħajja. [editja] Għalqa ManjetikaL-ART IDDUR fuqha nfisha darba kull 24 siegħa, b'hekk tikkawża l-qalba tal-ħadid imdewweb taħdem bħala dinamo u tikreha l-għalqa manjetika. L-għalqa manjetika tipproteġi l-Art mir-riħ solari. Il-partiċelli ikkargati tar-riħ solari jiġu devjati mill-għalqa manjetika tal-Art, hekk tiġi ikkrejata manjetosfera. Xi partiċelli jiġu maqbuda mill-manjetosfera f'żewġ faxxi semi-ċirkulari u huma msejħa l-Faxxi ta' Van Allen. Partiċelli oħrajn jinżlu spiralment f'għalqa manjetika tal-Art fil-poli. Il-partiċelli jirrejaġixxu ma' l-atmosfera ta' fuq u jikrejaw l-awrori jew id-dwal tat-tramuntana u n-nofsinhar. [editja] ĠografijaAra wkoll: Din hi kategorija li tiġbor fiha l-artikli kollha ta' mt.wiki dwar il-Ġeografija Suddiviżjonijiet geografiċi maġġuri: Area:
Konfini: Il-linji tal-konfini terrestri jammontaw għal 251.480,24 km Linji tal-kosti: 356.000 km Rivendikazzjonijiet marittimi:
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||